Ħarrġu bi ħġarhom eluf ta’ cittadini mill-Greenland jimmarċjaw fil-Belt kapitali ta’ Nuuk, dan biex juru l-oppożizzjoni tagħhom fil-konfront ta’ Trump li ddikjara li jrid jieħu l-gżira tagħhom taħt il-kontroll tiegħu.
Skond il-Prim Ministru Daniż Jens-Frederik Nielsen, li ndirizza lill-protestanti quddiem il-konsolat Amerikan, qal li din kienet meqjusa bħala l-akbar protesta li qatt saret fil-gżira ta’ Greenland u li ġibdet kważi kwart tal-popolazzjoni kollha.
Il-protestanti filwaqt li bdew ixerju l-bnadar nazzjonali tagħhom, bdew ikantaw “Greenland mhiex għall-bejgħ”. Huma riedu juru s-sapport tagħhom biex Greenland tibqa’ tkun gvernata mid-Daniżi hekk kif it-theddida ta’ Trump li jaħtaf lill-pajjiżhom qiegħda ssir dejjem aktar insistenti.
Minbarra l-protesti fil-belt kapitali ta’ Nuuk, eluf ta’ persuni oħra pprotestaw b’solidarjeta’ fit-territorju kollu Daniż, fosthom f’Copenhagen u oħrajn fit-territorju ta’ Nunavut, fit-tramuntana tal-Kanada.
Marie Pederson, mara ta’ 47 sena ċittadina ta’ Greenland qale, li ħasset li kien dmirha li tieħu t-tfal tagħha għall-protesta biex turihom li għandhom dritt isemmgħu leħinhom.
“Aħna nixtiequ nżommu l-kultura tagħna u pajjiżna, nixtiequ nipproteġu dak li hu tagħna” qalet meta ttieħed kumment mingħandha.
It-tifla tagħha ta’ 9 snin, Alaska, penġiet il-plakard tagħha ‘Greenland mhiex għall-bejgħ’. Hi qalet li t-teachers l-iskola kellmuhom dwar din il-kontroversja bejn pajjiżha u Trump u spjegawlhom x’hini n-NATO.
Alaska qalet li l-iskola t-teachers għallmuhom li ebda pajjiż ma għandu jieħu pajjiz ieħor bil-forza u jkun bully fuq pajjiż iżgħar minnu, u għalhekk huwa importanti li jsemmgħu leħinhom.




