Aston Villa 0 Everton 1
Riżultat għal kollox sorpriża fejn Aston Villa tilfu c-ċans li jitilgħu fit-tioeni post u jaqbzu lil Manchester City. Bil-ħames telfa fil-Kampjonat, Aston Villa baqgħu fit-tielet post bi 43 punt daqs l-istess Manchester City. Nifs għall-Everton li kisbu d-disa’ rebħa fil-Kampjonat fejn bi 32 punt telgħu fl-għaxar post.
0 – 0 fi tmiem l-ewwel taqsima minkejja li Aston Villa li kellhom sa 63 % pussess b’tentattivi kontinwi fuq il-lasti ta’ Jordan Pickford. Matul it-tieni taqsima b’Everton aktar fil-partita fit-58 minuta skorjaw il-gowl deċiżiv. Gowl skorjat minn THIERNO BARRY li għeleb lil Emiliano Martinez. Minkejja reazzjoni qawwija minn Aston Villa li matul il-partita kellhom xejn anqas minn 12 il-tentattiv fuq il-lasti ta’ Pickford mingħajr iżda ma rnexxielhom jiksbu ebda punt minn partita li ddominaw.
Wolves 0 Newcastle 0
Intant fil-konfront l-ieħor tal-Ħadd draw ta’ mingħajr gowls bejn Wolves u Newcastle, b’Wolves ikomplu bis-serje ta’ riżultati pożittivi għalihom.
//= $special ?>

