Lokali

“Greenland mhux għal bejgħ” – President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola

Il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola saħqet li “Greenland mhux għal bejgħ”.

Permezz ta’ kitba fuq il-midja soċjali, il-President tal-Parlament Ewropew insistiet li s-sovranità u l-integrità territorjali ta’ Greenland trid tiġi rispettata.

Roberta Metsola spjegat li meta lura f’Ottubru l-Prim Ministru ta’ Greenland Jens-Frederik Nielsen indirizza l-Parlament Ewropew – il-messaġġ kien wieħed ċar, ċioè li Greenland tħares lejn il-bqija tal-Ewropa bħala ħbieb u alleati.

Hija insistiet li l-messaġġ li wassal dakinhar, qiegħed jidwi illum filwaqt li tenniet li l-Unjoni Ewropea tinsab spalla ma’ spalla mad-Danimarka u l-poplu ta’ Greenland.

Dan kollu b’rabta mal-fatt li ftit tal-jiem ilu l-President tal-Istati Uniti Donald Trump sostna li jridu jew ma jridux id-Daniżi, Greenland irid jeħodha.