Pajjiżna se jkun fl-eqqel tal-morsa tal-maltemp, hekk kif iċ-ċiklun imlaqqam ‘Harry’ se jkun qed jiżviluppa lejn in-naħa t’isfel ta’ Sqallija. Fil-fatt, l-awtoritajiet Taljani ħarġu twissija għal tliet reġjuni – Sardenja, il-Kalabrija u Sqallija.
Fi Sqallija, b’mod partikolari, qed jingħad li x-xita u r-riħ qawwi se jaffetwaw diversi zoni mal-kosta.
Ir-riħ se jlaħħaq qawwa ta’ riefna u dan se jġib miegħu mewġ għoli metru.
Intant, bejn it-Tnejn u t-Tlieta, pajjiżna se jintlaqat minn riħ li kapaċi jlaħħaq qawwa ta’ Forza 10.
Anke l-gżira Spanjola ta’ Mallorca se tintlaqat minn maltemp qawwi kaġunat miċ-ċiklun ‘Harry’.
//= $special ?>

