Internazzjonali

Iran – Possibilita’ li l-użu tal-medja soċjali jinqata b’mod definit mill-internet internazzjonali

L-għeluq totali tal-Internet fl-Iran – wieħed mill-aktar ‘shutdowns’ estremi tal-media soċjali li qatt saru f’pajjiż partikulari – dalwaqt jagħlaq ġimgħatejn fi żmien ta’ kriżi assoluta għal dan l-Istat Iżlamiku.

F’din is-sitwazzjoni, madwar 92 miljun ċittadin qed ikunu miċħuda mis-servizzi tal-Internet u meta s-servizzi telefoniċi wkoll qed ikunu problematiċi għall-poplu.

Ir-reġim Iranjan immexxi mill-Ayatollah Ali Khamenei kien qata’ l-Internet bil-ħsieb li jikkontrolla l-aħħar protesti popolari kontra l-istess reġim…Rewwixta li swiet fl-eluf tal-maqtula u fejn ir-reġim ħa l-passi kollha biex jevita skrutinju internazzjonali għall-offensiva brutali tal-qawwiet tas-sigurtà Iranjani fuq id-dimostranti.

Il-Ministru Iranjan għall-Affarijiet Barranin,Abbas Araghchi, qal li d-deċiżjoni għax-‘shutdown’ tal-Internet saret minħabba sitwazzjoni li, fi kliemu, irriflettiet attività terroristika mmexxija minn barra l-Iran.

Il-Gvern Iranjan baqa’ ma qalx meta jistgħu jirritornaw is-servizzi tal-Internet f’pajjiżu.

Iżda r-rapporti ġodda qed jissuġġeruxxi li l-awtoritajiet Iranjani jistgħu qed jippjanaw, wara l-kwinti, biex jillimitaw b’mod sinifikanti l-użu tal-media soċjali għat-tul taż-żmien…Dan ukoll bil-ħsieb li l-Iran, ‘il quddiem, jinqata’ kompletament mill-Internet internazzjonali.