Lokali Qorti

Jammetti li saq mutur bla liċenzja u li kien xurban

Żagħżugħ ta’ 28 sena min-Nepal ammetta li saq mutur bla liċenzja meta kien ‘il fuq minn 15-il darba ogħla mil-limitu legali tal-alkoħol.

Waqt is-seduta ġie spjegat kif uffiċjali mir-Roads Policing Unit ġew infurmati b’sewwieq ta’ mutur li tilef il-kontroll u malli waslu fil-post sabu lill-akkużat ferut.

Intqal ukoll li sarlu t-test tal-breathalyser u rriżulta li l-livell ta’ alkoħol kienet 15-il darba ogħla minn dak permissibbli u għalhekk ġie kkundannat sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin.