Fis-sigħat bikrin tal-Ħadd filgħodu ttella’ katavru mill-Bajja ta’ San Ġorġ, f’San Ġiljan.
Kien għall-ħabta tas-1:00 ta’ filgħodu meta l-Pulizija ġiet infurmata li ntlemaħ ġisem
ta’ persuna fil-baħar.
Fuq din l-informazzjoni, il-Pulizija marret fil-post fejn sabet il-katavru, li huwa ta’ raġel, iżda għadu ma ġiex identifikat peress li nstab fi stat avvanzat ta’ dekompożizzjoni. Mill-ewwel investigazzjonijiet jidher li l-ġisem kien ilu fil-baħar għal diversi jiem.
Bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat Joseph Mifsud li ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta li ġiet appuntata, filwaqt li mistennija ssir awtopsja fuq il-katavru sabiex tiġi stabbilità l-kawża tal-mewt.
L-investigazzjoni tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>

