Talisa Nappa Licari ġiet immultata €4,500 wara li nstabet ħatja li tajret mara waqt li kienet qed taqsam it-triq.
L-inċident seħħ fil-21 ta’ Mejju tal-2021 fil-Fgura fejn fil-Qorti hija ġiet mixlija li saqet bi traskuraġni u li kkaġunat ġrieħi gravi lill-vittma kif ukoll li kienet qed issuq b’veloċità eċċessiva.
Il-vittma li dakinhar tal-inċident kellha 54 sena, saħansitra għamlet żmien tissielet għal ħajjitha fl-Isptar Mater Dei.
Il-Maġistrat Antoine Agius Bonnici nnota kif il-vittma diġa’ kienet qasmet tliet kwarti tat-triq dan filwaqt li l-karozza ma dehritx li għafset il-brake u baqgħet miexja ftit metri wara li tajret lill-mara.
Kien għalhekk li sab lill-akkużata ħatja u apparti l-multa huwa skwalifikalha l-liċenzja tas-sewqan għal 4 xhur.
//= $special ?>

