Futbol Sport

Rebħa komda għal Gżira fuq Marsaxlokk

Ritratt: Catriel Farrugia

Gżira Utd ……………. 3

Marsaxlokk ………… 0

Gżira Utd: E.Colombo, D.Abela, A.Borg, C.Penha, M.Maia, C.Failla, L.Riascos, I.N’Sa, D.Xuereb, J.Bonilla, M.Stojanovic

Marsaxlokk: M.Calleja Cremona, W.Soares, O.El Hasni, N.Muscat, J.Corbolan, A.Soares, J.Vella, L.Aguirre, D.Simkus, M.Barros, A.Ayom

Referee: P.Farrugia

Assistenti Referees: J.Spiteri, S.Calleja

Rebħa komda għal Gżira United fuq Marsaxlokk bl-iskor ta’ 3-0. Protagonist għal Maroons Maxwell Maia li skorja hat-trick personali u għin lil Gżira jiksbu l-ewwel tliet punti ta’ din il-fażi. Gżira fil-vantaġġ fis-16-il minuta meta minn corner kien Maxwell Maia li għola fuq kulħadd u xeħet fix-xibka ghħal 1-0. It-tieni gowl wasal fit-30 mintua meta reġa’ kien Maia li bir-ras xeħet wara Calleja Cremona għal 2-0. Gżira prattikament għalqu l-partita fil-71 mintua meta minn kontrattakk veloċi reġa’ kien Maxwell Maia li kkonkluda fix-xibka.

Rebħa meritata għal Birkirkara

Birkirkara …………. 3

Hibernians ……….. 0

Birkirkara: M.Grech, F.Lopez, I.Morello, S.Viveros, K.Reid, T.Bayo, A.Coppola, N.Cross, G.Acheampong, R.Bispo, S.Makoma

Hibernians: H.Sacco, N.Felicio, B.Kristensen, A.Diakite, D.Xuereb, K.Halabaku, D.Bonnici, P.Mendonca, H.Nunes, M.Lima Duarte, C.Silva

Referee: S.Petrovic

Assistenti Referees: D.Sultana, K.Saliba

Rebħa komda wkoll għal Birkirkara fuq Hibernians biex fetħu din il-fażi aktar pożittiv milli għalqu l-ewwel fażi. Il-gowls ta’ Birkirkara waslu kollha fit-tieni taqsima, b’Birkirkara jiftħu l-iskor fit-48 minuta permezz ta’ Donovan Makoma. Għaxar minuti wara Birkirkara irduppjaw minn gowl ta’ Kemar Reid b’xutt fil-baxx. It-tielet gowl wasal fit-83 minuta meta ix-xutt ta’ Nunes Silva ħabat mal-lasta u spiċċa fix-xibka.