Donald Trump se jattendi l-Forum Dinji ta’ l-Ekonomija (World Economic Forum) li f’Davos, fl-Iżvizzera, aktar tard din il-ġimgħa, flimkien mal-mexxejja ta’ Franza,l-Olanda, l-Ġermanja, u l-Finlandja. Mistennija jattendu wkoll il-membri tan-NATO fosthom il-Canada, Spanja u l-Belgium.
Trump se jindirizza dan il-forum nhar l-Erbgħa fejn it-tema ċentrali ta’ din is-sena hija ‘kif nistgħu nikkooperaw f’dinja dejjem aktar kompettitiva?’
Davos huwa avveniment ta’ kull sena fejn ikunu diskussi temi ta’ natura politika globali, u li fiħ jipparteċipaw politiċi ta’ fama internazzjonali.
Il-mexxejja Ewropej qiegħdin jistennew l-intervent ta’ Trump, dan għaliex din il-laqgħa qiegħda ssir propju wara li Trump hedded uħud mill-pajjiżi Ewropej bit-tariffi minaħħab l-kwistjoni ta’ Greenland.
T
//= $special ?>

