Lokali Qorti

Turist Irlandiż jammetti li ħebb għal żewġ ħaddiema f’lukanda waqt btala f’pajjiżna

Irlandiż ta’ 32 sena ammetta li ħebb għal żewġ ħaddiema fil-lukanda li kien qed joqgħod fiha waqt li kien btala f’pajjiżna.

Paul Kelly ta’ 32 sena ġie mixli li ħebb għal żewġ ħaddiema f’lukanda fil-Qawra fil-15 ta’ Jannar li għadda kif ukoll li kkawżalhom ġrieħi ħfief.

Waqt is-seduta ntqal li l-imputat ammetta mal-ewwel għal dak li għamel dan filwaqt li kkopera bis-sħiħ mal-Pulizija u kien għalhekk li l-prosekuzzjoni ssuġġeriet sentenza sospiża anke fid-dawl li l-imputat kien xurban meta seħħ il-każ.

Il-Maġistrat Monica Vella kkundannatu 3 xhur ħabs sospiż għal sena.