Internazzjonali

AĠĠORNATA: Jirdoppjaw il-vittmi tal-inċident traġiku fi Spanja

Il-vittmi li ħalla dan l-inċident irdoppja għal 39, b’dawk feruti serjament jitilgħu għal 48.

Aktar kmieni

Tal-inqas 21 persuna tilfu ħajjithom wara ħabta bejn żewġ ferroviji fi Spanja, dan filwaqt li huma bosta li sfaw midruba.

Rapporti internazzjonali qed jispjegaw kif Ferrovija li kienet sejra lejn Madrid – għal xi raġuni mhux magħrufa, spiċċat qabżet mill-kareġġjata tagħha bir-riżultat li ħabtet f’ferrovija li kienet sejra fid-direzzjoni opposta.

Il-ħabta seħħet f’Amaduz Cordoba, ftit inqas minn nofs triq bejn Malaga – minn fejn telqet il-ferrovija u Madrid, fejn kellha tasal.

Huwa kkonfermat li kienu 400 l-passiġġier fuq il-ferrovija, b’21 mejta u 24 oħra feruti serjament b’4 minnhom ikunu tfal.