Hekk kif kollox kien jidher li Bournemouth se jiksbu rebħa importanti kontra avversarju dirett minn nofs il-klassifika, is-Seagulls sabu ballun fl-aħħar biex għamlu l-iskor finali 1-1.
Bournemouth ħadu l-vantaġġ l-ewwel fil-partita wara 28 minuta minn penalty mogħti minn Marcus Tavernier.
Is-Seagulls damu ħafna biex jirrispondu, u stennew sal-91 minuta meta kien iż-żgħażugħ Griek ta’ 18-il sena, Charalampos Kostoulas li rnexxielu jagħmel l-iskor indaqs.
Din hija l-ħames partita konsekuttiva mingħajr telfa għat-tim tal-kowċ Ġermaniż ta’ 31 sena, Fabian Hürzeler
PREMIER LEAGUE
Is-Sibt
Man. Utd v Man. City 2-0
Chelsea v Brentford 2-0
Leeds U. v Fulham 1-0
Liverpool v Burnley 1-1
Sunderland v C.Palace 2-1
Tottenham H. v West Ham 1-2
Nottingham F. v Arsenal 0-0
Il-Ħadd
Wolves v Newcastle U. 0-0
A.Villa v Everton 0-1
Illum
Brighton v Bournemouth 1-1


