Futbol Sport

Como jumiiljaw lil Lazio fi Stadio Olimpico

Ritratt: EPA)

Como bi prestazzjoni tajba ħafna biex telgħu fis-sitt post fil-klassifika tas-Serie A u kabbru ċ-ċansis tagħhom biex jikkwalifikaw għall-kompetizzjoni tal-UEFA l-istaġun li ġej.

It-tim mill-parti ta’ fuq tal-Italja fetaħ l-iskor wara żewġ minuti mill-Kroat Martin Baturina mis-suġġeriment ta’ Alex Valle.

L-istilla Nico Paz b’prestazzjoni monumentali hekk kif skorja l-ewwel gowl tiegħu fl-24 minuta minn assist ta’ Caqueret.

Paz kellu ċans jirdoppja l-iskor personali għaxar minuti wara pero falla l-penalty mogħti lilu, madankollu eventwalment sab ix-xibka għat-tieni darba fid-49 minuta, din id-darba minn assist ta’ Baturina.

Il-partita l-oħra bejn Cremonese u Hellas Verona spiċċat fi draw ta’ bla gowls.

Il-Ġimgħa
Pisa v Atalanta 1-1
Is-Sibt
Udinese v Inter 0-1
Napoli v Sassuolo 1-0
Cagliari v Juventus 0-1
Il-Ħadd
Parma v Genoa 0-0
Bologna v Fiorentina 1-2
Torino v Roma 0-2
Milan v Lecce 1-0
Illum
Cremonese v H.Verona 0-0
Lazio v Como 0-