Lokali

Dewmien fis-servizz tal-vapuri minħabba r-riħ qawwi li qed jonfoħ mix-Xlokk

Minħabba t-tbassir ta’ maltemp, il-kumpanija Gozo Channel avżat li jista’ jkun hemm xi vjaġġi li jitħassru jew sospensjoni tas-servizz.

Il-vapuri bħalissa qed jaħdmu għas-South Quay. U mistenni dewmien fit-traġitti.

Intant, is-Servizz Pubbliku, ta struzzjonjiiet biex ħaddiema Għawdxin li jaħdmu Malta u viċi versa, fejn ix-xogħol jippermetti, jaħdmu remotament – għalkemm dan il-messaġġ inħareġ f’nofs il-ġurnata tax-xogħol.