Sport Sport Ieħor

Falcons u Flyers jirbħu l-partiti ewlenin

It-tim tal-Flyers

L-aktar żewġ logħbiet mistennija li saru fi tmiem il-ġimgħa fil-kumpless Sportiv tal-Kottonera ntrebħu minn Falcons u  Flyers. Fl-ewwel logħba mill-kampjonat nazzjonali, Falcons kellhom jitħabtu biex rebħu lil Birkirkara 3-1. Falcons rebħu l-ewwel set b’differenza minima ta’ 25 għal 22 u tilfu t-tieni wieħed 25 għal 13. Falcons għamlu rimonta u rebħu t-tielet u r-raba’ set 25 għal 22 u 25 għal 23. 

Saret ukoll logħba mit-Tazza Nazzjonali fejn Flyers eliminaw lil Paola Executive Security wara li rebħulhom 3-0. Flyers batew mhux ftit biex rebħu l-ewwel żewġ sets 25 għal 23 u 26 għal 24. Madankollu ddominaw it-tielet u l-aħħar set 25 għal 15. 

Fil-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni kompla għaddej id-dominju ta’ Mġarr meta reġgħu rebħu lil Birkirkara Reds 3-0 (25-14, 25-16, 25-11). Sal-lum it-team ta’ Mġarr rebaħ il-partiti kollha li lagħab f’dan il-kampjonat. 

Super League

Birkirkara vs Falcons 1-3 (22-25, 25-13, 22-25, 23-25)

Tazza Nazzjonali

Flyers vs Paola Executive Security 3-0 (25-23, 26-24, 25-15)

L-Ewwel Diviżjoni

Birkirkara Reds vs Mġarr 0-3 (14-25, 16-25, 11-25) 

Under 19

Flyers vs Depiro 0-3 (8-25, 13-25, 11-25)

Under 15

Swieqi Phoenix Young Stars vs Depiro Gold 3-0 (25-7, 25-8, 25-4)

Depiro Blue vs Swieqi Phoenix Ninjas 3-0 (25-15, 25-12, 25-13)

Flyers vs Birkirkara 3-1 (25-23, 25-20, 20-25, 25-18)