L-MUT f’kommunikat lill-Ministeru ta-Edukazzjoni wera t-tħassib serju tal-edukaturi.
Dan hekk kif l-awtoritajiet nazzjonali qed iwissu lill-pubbliku biex jibqa’ ġewwa u l-impjegati fis-servizz pubbliku qed jingħataw il-possibbiltà li jaħdmu mid-dar, madankollu l-iskejjel qed jibqgħu miftuħa, bir-riskji kollha li dan iġib miegħu għall-edukaturi u għall-istudenti li jridu jivvjaġġaw biex jattendu l-iskejjel kmieni filgħodu.
Il-MUT tinsab imħassba dwar is-sitwazzjoni u tistenna li s-sigurtà tal-istudenti u tal-edukaturi tiġi l-ewwel. Id-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu fuq il-bażi tas-saħħa u s-sigurtà tal-istudenti u tal-edukaturi, u mhux fuq l-effett ekonomiku li jkollha l-għeluq tal-iskejjel għal ġurnata.
Fl-aħħar mill-aħħar, l-awtoritajiet nazzjonali, inklużi dawk edukattivi, huma responsabbli għal kull deċiżjoni li tittieħed u għall-effetti tagħha fuq l-istudenti u l-edukaturi bl-istess mod.
//= $special ?>

