Ċifri maħruġa llum mill-Eurostat juru kif ir-rata tal-inflazzjoni f’pajjiżna baqgħet ogħla minn dak taz-zona Ewro dan hekk kif ir-rata tal-inflazzjoni fiz-zona Ewro tinsab 1.9 dan filwaqt li f’pajjiżna tinsab għal 2.4 kif qed turi l-grafika t’hawn taħt.

L-istess cifri jikkonfermaw li fuq sena, ir-rata tal-għoli tal-ħajja f’pajjiżna żdiedet sew – minn 1.8 fil-mija għal 2.4 fil-mija.
Ġie spjegat ukoll li f’Diċembru li għadda, l-ogħla rati annwali ta’ inflazzjoni kienu rreġistrati fl-edukazzjoni u fl-ikel u x-xorb mhux alkoħoliku, l-aktar minħabba prezzijiet ogħla tal-laħam. Apparti minn hekk, ġew innutati prezzijiet ogħla tas-servizzi tar-ristoranti u tas-servizzi tat-trasport bl-ajru, rispettivament.


