Is-Senegal huma ċ-champions tal-Afrika iżda jistgħu jkunu skwalifikati u jitilfu t-titlu li rebħu l-bieraħ filgħaxija, minkejja li fil-finali tat-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani, huma għelbu lill-Marokk b’tmiem mill-aktar drammatiku.
Fil-finali tal-edizzjoni tal-AFCON li ntlabgħbet fil-Marokk, is-Senegal skorjaw il-gowl tar-rebħa fil-ħin barrani, b’konkluzzjoni spettakolari ta’ Pape Gueye.
Madankollu din il-logħba, u s-suċċess tas-Senegal, kien imtebba’ minn ġrajjiet kontroversjali meta l-plejers Senegaliżi telqu mill-grawnd b’protesta għal penalty li ngħata lejn tmiem id-90 minuta.
Il-logħba waqfet għal kważi 20 minuta qabel ma Sadio Mané kkonvinċa lil sħabu tat-tim sabiex jirritornaw fil-grawnd. Il-penalty ta’ Brahim Diaz għall-Marokk, kien salvat minn Edouard Mendy.
Bil-partita tmur għall-ħin barrani, is-Senegal skorjaw il-gowl tal-1-0 fl-94 minuta grazzi għal Pape Gueye. Dan l-iskor baqa’ jinżamm sat-tmiem tal-120 minuta biex kienu s-Senegal li rebħu l-finali.
Madankollu, skont ir-regolamenti tal-CAF, tim li jitlaq mill-grawnd mingħajr permess jista’ jiġi eliminat, u b’hekk it-titlu li rebħu l-bieraħ is-Senegal, dak ta’ champions tal-Afrika, jinsab f’riskju.
//= $special ?>

