Lokali

Jitressaq persuna l-Qorti b’rabta ma’ inċident fatali li seħħ f’San Ġiljan f’Diċembru li għadda

Għall-ħabta tal-għaxra u nofs tat-Tnejn filgħodu, il-Pulizija ser tressaq persuna l-Qorti, quddiem il-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo.

Din il-persuna ser titressaq b’rabta ma’ nċident fatali f’San Ġiljan”, fost oħrajn.

L-inċident kien seħħ lejlet il-Milied għall-ħabta tat-3am fi Triq Mikiel Anton Vassalli – fid-direzzjoni lejn Paceville. U mill-ewwel stħarriġ li sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn karozza Kia Picanto misjuqa minn żagħżugħ ta’ 21 sena residenti Marsaskala, u mutur tat-tip Jupiter misjuq mill-vittma.

Il-mara minnufih ingħatat l-għajnuna minn tim mediku, iżda sfortunatament hija kienet iċċertifikata mejta ftit tal-ħin wara.