Colin Schembri
Starlites Revive………..75
Valletta Dream………..52
(16-8)(16-18)(19-13)(24-13)
Starlites Revive irrotornaw għar-rebħ fil-konfront kontra Valletta Dream f’partita li kkontrollaw għal ħafna mill-ħin. Id-differenza dehret fil-ħin bil-vantaġġ (34 minuta għal Starlites), kif ukoll fil-fast breaks (29 kontra 16) u fil-punti mill-bank (19 kontra 2). Starlites kienu aktar stabbli fl-attakk b’0.94 punti kull pussess, filwaqt li Valletta sabu diffikultà biex ilaħħqu mar-ritmu b’bank qasir magħmul biss minn żewġ players. Starlites kienu mingħajr Catherine Cilia fil-waqt li Valletta rkupraw lil Alexis Cutajar però kellhom nieqsa lil Adriana Caballero. Sa’ nofs l-ewwel sessjoni, Starlites ħadu vantaġġ ta’ 10-4 b’baskets minn Rebecca Naudi u Georgia Haverlock. Valletta ma rnexxielhomx japprofittaw minn xi turnovers ta’ Starlites u wara basket ta’ Marie Elise Pollacco, azzjoni ta’ 3 punti minn Michela Zammit Cordina għalqet it-taqsima fuq skor ta’ 16-8 favur Starlites. It-tieni sessjoni fetħet bi trippla ta’ Haverlock però mal-ħin Valletta daħlu aktar fil-partita megħjuna bil-punti ta’ Shautung Yin. Huma kellhom mument tajjeb bi break ta’ 8-0 bi trippla ta’ Yin bi Starlites jagħlqu b’basket ta’ Haverlock għal skor ta’ 32-26.
Valletta fetħu t-tielet sessjoni b’żewġ trippli minn Lin u Cutajar biex ippareġjaw 32-32 b’Pollacco tpoġġihom fuq quddiem għall-ewwel darba fl-azzjoni ta’ wara. Ir-risposta ta’ Starlites ġiet bi tliet trippli konsekuttivi ta’ Mikela Riolo b’Harry Savaya jagħjjat time-out biex iwaqqfilhom ir-run. Dan ma seħħx hekk kif sensiela ta’ punti minn Haverlock u Philippa Riolo raw lil Starlites jiftħu vantaġġ ta’ 12-il punt fis-seba’ minuta 47-35. Basket u żewġ free-throws fuq kull naħa għalqu l-perjodu bi Starlites fuq quddiem 51-39. Fl-aħħar sessjoni Starlites kellhom mument ieħor tajjeb bi break ta’ 10-0 bi trippli ta’ M. Riolo u Jasmine Abela. L-aħħar parti tal-partita kienet f’idejn Starlites li għamlu run oħra ta’ 8-0 biex aċċertaw ruħhom mit-tielet rebħa tal-kampjonat fuq skor finali ta’ 75-52.
Starlites Revive: Y. Ferrando, M. Riolo 18, P. Riolo 4, M. Zammit Cordina 14, M. Fenech 4, R. Naudi 10, G. Haverlock 20, L. Zammit, A. Cassar Seguna 2, K. Gatt, J. Abela 3, B. Sciberras.
Valletta: S. Lin 21, M.E. Pollacco 17, A. Cutajar 4, M. Momcilovic 2, H. Grixti 2, M. Mifsud, N. Montalvo 6.
Referees: Fiorentina Ciurariu, Andre Attard.
Caffè Moak Luxol………67
Betsson Depiro…………57
(23-12)(19-11)(11-15)(14-19)
Caffè Moak Luxol kisbu rebħa ta’ 67–57 kontra Bettson Depiro f’partita fejn fetħu vantaġġ kmieni u żammewh sal-aħħar. Luxol kienu fuq quddiem għal 37 minuta u 17-il sekonda għalkemm fl-aħħar ħinijiet Depiro tħabtu biex isalvaw il-partita. Huma kellhom aktar stabbiltà fil-pussess (0.75 punti kull pussess kontra 0.64). għalkemm Depiro rebħu fil-punti mill-offensive rebounds (15 kontra 5). Luxol kienu aktar preċiżi fit-tiri minn ġewwa u kisbu kontribut aħjar mill-bank (19 kontra 15), fatturi li żammuhom fil-kontroll.Iż-żewġ timijiet kellhom players nieqsa hekk kif Luxol kellhom nieqsa lil Rebecca Fenech Pace u Depiro kienu mingħajr Sophie Abela, it-tnejn b’injury f’idejhom. Għal Luxol ġiet lura Jada Said u Depiro wkoll irkupraw lil Julia Borg Xerri. Il-partita kellha bidu kwiet fejn wara tliet minuti kien hemm parita ta’ 4-4. Depiro marru fuq quddiem b’baskets minn Claire Privitera u Julia Borg. Luxol irkupraw b’run ta’ 9-1 bil-punti ta’ Olivia Wikstrom, Sarah Fenech Pace u Jada Said. Depiro waqqfuhom b’basket ta’ Borg però Luxol għalqu t-taqsima bi break ieħor ta’ 8-1 b’punti minn Lisa Fenech Pace u Vanya Baldacchino għal skor ta’ 23-12. Fit-tieni perjodu Depiro naqqsu d-distakk b’baskets minn Julia Borg Xerri u Claire Portelli però pronta kienet it-tweġiba ta’ Luxol minn S. Fenech Pace, Wikstrom u Said. Depiro wettqu sensiela ta’ turnovers u Luxol approfittaw hekk kif għamlu run ta’ 9-3 u daħlu jistrieħu 42-23 minn fuq. Wara l-intervall, kien hemm anqas punti fuq iż-żewġ naħat, fattur li ħadem favur Luxol li żammew vantaġġ komdu. Eve Axisa kellha trippla għal Luxol għalkemm Depiro irrispondew permezz ta’ Portelli u Samira Deguara. Luxol kellhom azzjoni ta’ tlett punti minn Ella Abela però Portelli u Agius ukoll bi three point play naqqsu d-distakk għal Depiro 53-38. Depiro bdew l-aħħar taqsima bi tlett baskets minn Portelli u Sonnier u bdew jagħfsu aktar fid-difiża biex naqqsu d-distakk għal disa’ punti 53-44. Luxol reġgħu wieġbu b’baskets mill-aħwa Fenech Pace qabel ma Depiro reġgħu waslu sa’ 9 punti ‘l bogħod. Trippla ta’ L. Fenech Pace fis-seba’ minuta poġġiet lil Luxol 12 minn fuq 62-50 b’Julian Naudi jsejjaħ time-out. L-aħħar sforz ta’ Depiro rahom jagħmlu seba’ punti mingħajr risposta li fl-aħħar minuta wassluhom sa’ 5 punti ‘bogħod 57-62. It-tamiet tagħhom però spiċċaw hekk kif fl-aħħar sekondi Luxol kellhom trippla ta’ Axisa u basket ta’ L. Fenech Pace biex ħarġu rebbieħa 67-57.
Caffè Moak Luxol: G. Carabott, K. Magro, E. Axisa 15, L. Fenech Pace 14, H. Galea, A. Xuereb, J. Said 6, E. Abela 3, S. Fenech Pace 13, O. Wikstrom 14, V. Baldacchino 2, S. Sciberras.
Betsson Depiro: Y. Mangion, N. Agius 9, J. Borg Xerri 2, J. Mallia, C. Privitera 9, C. Fenech, J. Borg 5, C. Portelli 7, N. Borg, L. Sonnier 17, M. Borg, S. Deguara 8.
Referees: Fiorentina Ciurariu, Wendell Lim
Hibernians……….91
Athleta……………56
(24-15)(27-11)(21-15)(19-15)
Hibernians kisbu rebħa ta’ 91–56 kontra Athleta u issa fetħu vantaġġ ta’ żewġ rebħiet fuq Depiro u Luxol wara r-riżultat tal-partita bejn dawn it-tnejn. Il-Pawlisti kienu fil-kontroll tul l-40 minuta kollha u fetħu vantaġġ sa’ 40 punt, b’differenza ċara fil-fast breaks (38 kontra 8) bil-coach Charles Bonnici jagħmel rotazzjoni tajba fejn il-players li daħlu minn fuq il-bank kisbu 47 punt. Iż-żewġ timijiet kienu bl-istess formazzjoni ta’ ġimgħa ilhu. Hibs bdew tajjeb u marru 6-0 minn fuq bi tlett baskets minn Hailey Macleod, Maria Bonett u Josephine Diaby. Athleta wieġbu b’basket ta’ Kirsty Caruana u trippla ta’ Kaya Calleja. Hawn Hibs għamlu run ta’ 7-0 bi trippla ta’ Lara Micallef u wara basket ta’ Sharon Vella għall-Athleta, komplew b’5 punti oħra. It-taqsima għalqet b’żewġ trippli fuq kull naħa minn Macy Tyler Smith għall-Athleta u Steffi De Martino u Andie Saliba għal Hibs għal skor ta’ 24-15. Fit-tieni taqsima, Hibs kabbru l-vantaġġ għal 13-il punt 30-17. Athleta ma kienux konsistenti fl-attakk u Hibs komplew jinqatgħu fuq quddiem fosthom bi trippla oħra ta’ De Martino u fis-sitt minuta kienu 40-23 minn fuq. Athleta kellhom tweġiba minn Smith però fl-aħħar minuti kienu biss Hibs li għamlu l-punti f’run ta’ 10-0 biex daħlu jistrieħu 51-26 minn fuq.
Wara l-intervall, Hibs komplew bl-istess andament bi trippla ta’ De Martino li kellha wkoll assists lejn Diaby u Sacha Lecuyer għal skor ta’ 62-26 fis-seba’ minuta. Athleta kellhom mument tajjeb bi break ta’ 9-3 flimkien ma’ trippla ta’ Caruana. Hibs wieġbu bil-punti ta Kirsty Sammut u Naomi Farrugia għal skor ta’ 72-41. Fl-aħħar sessjoni kien hemm fost l-oħrajn trippla ta’ Michela Marmara li fissret li kull player niżżlet isimha fost l-iskorers. Naomi Farrugia wkoll għamelt żewġ trippli flimkien ma’ baskets minn Diaby u Marie Buhagiar. Athleta għalqu l-partita bi trippla u basket ta’ Smith hekk kif Hibernians ħarġu rebbieħa 91-56.
Hibernians: M. Buhagiar , L. Micallef 4, I. Agius, S. Lecuyer 11, A. Saliba 5, M. Bonett 2, S. De Martino 16, M. Marmara, N. Farrugia, H. Macleod 25, J. Diaby 15, K. Sammut.
Athleta: E. Farrugia, J. Schembri, B. Agius, N. Vella, K. Calleja, K. Caruana, J. Micallef, M. Tyler Smith, S. Vella, K. Abela, L. Camilleri
Referees: Andre Attard, Jacques Siefert
//= $special ?>

