Wara l-konferenza tal-aħbarijiet li saret aktar kmieni illum mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista l-ARMS kompliet taħbi kemm hu n-numru tal-konsumaturi li ġew affetwati mis-serq tal-eco-reduction fil-kontijiet tad-dawl tagħhom.
Fi stqarrija ppubblikata mill-ARMS intqal biss li hemm persentaġġ żgħir ta’ persuni li ġew affetwati u li diġa’ ġew irranġati dawn l-iżbalji. Dan filwaqt li fl-ebda mument ma ċaħdu dak li qal Alex Borg hekk kif żvela li anke minn arloġġi tad-dawl ta’ appartamenti ġodda l-kontijiet tad-dawl qed jinħarġu mingħajr l-eco reduction.
Għaldaqstant, fl-istqarrija l-ARMS spjegat li dawk li ġew affetwati jidher li ġew infurmati u n-nies għandhom jitħallsu lura.
//= $special ?>

