Illum tħabbar li għada, l-iskejjel tal-Qawra, il-Mellieħa, u San Pawl il-Baħar mhux se jiftħu. Dan filwaqt li anke s-servizz tal-ġbir tal-iskart se jkun sospiż għal matul il-jum ta’ għada.
F’konferenza tal-aħbarijiet, tħabbar illi t-tfal li mhux se jmorru skola matul il-jum ta’ għada, se jiġu skużati.
L-awtoritajiet qed iwissu biex in-nies ma joħorġux, sakemm ma jkunx verament ta’ bżonn. U ħaddiema tal-gvern li jistgħu jaħdmu mid-dar, jistgħu jagħmlu proprju dan.
Jidher li s-sitwazzjoni estrema tat-temp se tibqa’ għaddeja – sa għada
sal-4pm.
//= $special ?>

