Wara twissjiet li ħarġu b’rabta mal-maltemp li qed jolqot il-Gżejjer Maltin, l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol qed tappella sabiex kwalunkwe xogħol fuq barra jieqaf b’mod immedjat mil-lejla u ma jkomplix matul il-jum tat-Tlieta. Dan l-appell jeskludi dawk li joffru servizzi essenzjali jew ta’ emerġenza bħal dawk li jaħdmu fil-Protezzjoni Ċivili u l-Pulizija.
Fi stqarrija l-Awtorità appellat ukoll għar-responsabbiltà kollettiva u tfakkar d-dmirijiet ta’ min iħaddem, hekk kif il-gżejjer Maltin mistennija jintlaqtu minn maltempata estrema li għandha tibqa’ għaddejja tul il-jum tat-Tlieta. Dan l-appell qed isir bl-għan li jħares is-saħħa tal-ħaddiema u ta’ partijiet terzi. L-Awtorità tfakkar li xogħlijiet fuq barra li jistgħu jipperikolaw is-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema mhumiex konformi mal-liġi.
F’każ ta’ emerġenza, il-pubbliku huwa mħeġġeġ iċempel fuq in-numru 138
//= $special ?>

