Fl-aħħar sigħat, diversi zoni tul il-kosta ġew affetwati direttamenti mill-effetti tar-riħ qawwi u l-mewġ għoli li qed iħabbar mal-bajjiet – partikolarment fuq in-naħa tal-Lvant tal-gżejjer tagħna.
Illum tħabbar illi ġenituri li għada jagħżlu li ma jibagħtux lil uliedhom l-iskola jew iċ-childcare center se jkunu skużati. Din il-miżura qed tittieħed bi prekawzzjoni, propju minħabba r-riħ qawwi li laqat lil Malta.
L-agħar ta’ dan il-maltemp se jkun qed jinħass għall-ħabta tas-1am.
Ir-riħ qawwi huwa riżultat taċ-ċiklun Harry li żviluppa fiċ-ċentru tal-baħar Mediterran.






