Id-disinjatur tal-moda famuż Taljan, Valentino Garavani – magħruf sempliċiment bħala Valentino – miet ftit ilu fl-età ta’ 93 sena.
Il-Fondazzjoni msemmija għal Valentino Garavani u Giancarlo Giammetti sostniet li d-disinjatur miet bil-kwiet fid-dar tiegħu f’Ruma u meta miegħu kien hemm qrabatu kollha.
Kien ikkonfermat li l-katavaru ta’ Valentino se jinżamm fi Piazza Mignanelli bejn il-21 u t-22 ta’ Jannar, ftit qabel il-jum tal-funeral fil-Bażilika ta’ Santa Marija Marija Maggiore f’Ruma.
//= $special ?>

