Lokali

Qed jiċċirkolaw rapporti “foloz u qarrieqa”

Ritratti: Catriel Farrugia Sghendo

L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta jixtieq ifakkar lill-pubbliku li kwalunkwe informazzjoni uffiċjali relatata mat-titjiriet, l-operat tal-ajruport u l-kundizzjonijiet tat-temp jinħarġu biss fuq is-sit u l-mezzi soċjali uffiċjali tal-ajruport jew tal-Uffiċċju Meteoroloġiku.

Il-passiġġieru, il-viżitaturi u l-qarrejja kollha huma mħeġġa jiddependu biss fuq il-mezzi uffiċjali tal-midja soċjali tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta u fuq is-sit uffiċjali tiegħu għal informazzjoni korretta u verifikata u biex jinjoraw rapporti foloz u qarrieqa li qed jiċċirkolaw.