Il-Prim Ministru tar-Renju Unit, Keir Starmer, ikkritika l-ħsieb tal-President Amerikan Donald Trump biex jimponi t-tariffi fuq pajjiżu u Stati oħrajn li qegħdin jopponu l-pjan ta’ Trump dwar il-ħtif ta’ Greenland.
Starmer saħaq, ċar u tond, li l-pjan ‘hu kompletament ħażin’ u li l-futur ta’ Greenland irid ikun deċiż ‘biss’ mis-57,000 residenti tat-territorju u mill-Gvern Daniż li jieħu ħsieb il-politika tad-difiża ta’ dan it-territorju semi-awtonomu.
U waqt li Donald Trump għandu reputazzjoni bħala Mexxej mill-aktar imprevedibbli, Keir Starmer ammetta li s-sitwazzjoni ta’ Greenland saret ħafna aktar serja minn ta’ ftit jiem ilu.
Madankollu, il-Prim Ministru Britanniku ċaħad għal tariffi ta’ ritaljazzjoni fil-konfront tal-Istati Uniti, fost il-kumment li ‘gwerra kummerċjali mgħandha sservi l-interessi ta’ ħadd’.
Kien proprju fi tmiem il-ġimgħa li Donald Trump ħabbar il-ħsieb biex, mill-bidu ta’ Frar, jimponi t-tariffi ta’ għaxra fil-mija fuq ir-Renju Unit, id-Danimarka, in-Norveġja, l-Iżvezja, Franza, il-Ġermanja, l-Olanda u l-Finlandja…Il-pajjiżi Ewropej li qed joġġezzjonaw bil-qawwi għall-politika antagonistika ta’ Washington.
Fl-istess ħin, Trump qed jhedded li ċ-ċifri għal dawn il-pajjiżi għandhom jitilgħu minn 10 għal 25 fil-mija f’sitwazzjoni fejn hu ikompli jiffaċċja l-ostakli għall-akkwist ta’ Greenland.
//= $special ?>

