Il-Ministru Miriam Dalli ma tridx tgħid l-ammont eżatt ta kemm kienu l-familji affettwati b’dak li hi sejjħitlu żball fis-sistema tal-ARMS. Meta fil-verità, kien serq mill-kontijiet tad-dawl.
Waqt konferenza tal-aħbarijiet dwar l-iskart, Miriam Dalli affaċċjat numru ta’ mistoqsijiet mill-ġurnalisti b’rabta mal-iskandlu tal-ARMS. U s-serq li sar bit-tneħħija tal-eko-riduzzjoni.
Fejn eluf ta’ familji, li kienu intitolati għal din l-eko-riduzzjoni ta’ 25% – ma tnaqqsilhomx dan il-persentaġġ mill-kont.
Agħar minn hekk, l-ARMS ilha taf żmien twil b’din il-problema; iżda ma għamlet assolutament xejn.
Fatt li l-Ministru Dalli innegat totalment meta stqarret – skont hi – li l-entità tal-Gvern ħadet azzjoni immedjata.
Madanakollu, Miriam Dalli ħarbet milli twieġeb dwar meta saret taf b’din il-problema u x’deċiżjoni kienet ħadet hi bħala l-Ministru responsabbli.
Dan filwaqt li l-Ministru pprovat tagħti l-impressjoni li kienu biss ftit il-persuni li ġew affettwati minn dan is-serq.
//= $special ?>
