Lokali

20% tal-iskart fil-borża s-sewda għadu mhux separat

Minkejja li l-poplu qiegħed jikkopera f’dak li għandu x’jaqsam riċiklaġġ u separazzjoni tal-iskart, għad fadal ħafna xogħol xi jsir.

Dan saħqu l-Kap Eżekuttiv ta’ WasteServ Malta Richard Bilocca hekk kif spjega li l-iskart li qed jinxteħet fil-miżbla naqas għal 70%…. bit-tir huwa li dan jonqos għal 10%, liema persetaġġ għadu kemxejn ‘il bogħod mill-mira aħħarija.

Mistoqsi minn Net News x’inhu jiġri mill-iskart li mhux qed jiġi separat, Bilocca insista li l-WasteServ ma jistgħux jispezzjonaw borża borża u li dak huwa xogħol ta’ entitajiet oħrajn.

Bilocca spjega li grazzi għal koperazzjoni tal-poplu Malti u Għawdxi l-iskart mhux separat li qed jinxteħet fil-borża s-sewda naqas bin-nofs; madanakollu preċiża jgħid li 20% minnu, ċioè 20 kilogramma minn kull 100 kilogramma huwa persentaġġ imħallat.

Ġie spjegat li l-miżbla li hemm fil-Magħtab tiflaħ kapaċità għal madwar 5 snin oħra, u għaldaqstant għaddejja ħidma biex l-iskart ikompli qabel xejn jiġi separat grazzi għall-koperazzjoni tal-poplu, filwaqt li għaddejja ħidma fuq proġetti oħrajn.