Fl-Isptar Mount Carmel hemm rikoverati 246 pazjent, filwaqt li 10,485 qed jirċievu kura barra mill-isptar.
Dan ikkonfermah il-Ministru Jo Etienne Abela fil-Parlament meta wieġeb mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Adrian Delia li staqsa lill-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva jgħid kemm hemm pazjenti li bħalissa huma rikoverati fl-Isptar Mount Carmel u kemm hemm li qed jirċievu kura barra mill-isptar (community mental health services).
//= $special ?>

