Il-Kap tal-Oppożizzjoni Alex Borg appella lill-gvern biex jingħata kumpens lil dawk li sofrew ħsarat fil-maltempata li tinsab għaddejja minnha Malta bħalissa.
Dan l-appell Alex Borg għamlu meta llejla tkellem fil-parlament wara stqarrija ministerjali tal-Ministru tal-Intern Byron Camilleri li sellem lill-membri tal-korpi dixxiplinati li wettqu ħidimiet kruċjali fl-aħħar siegħat biex tw l-għajnuna kollha meħtieġa. Il-korpi dixxiplinati assistew numru kbir ta’ każi fosthom persuni maqbuda f’karozzi, siġar imqaċċċta, materjal ta’ kostruzzjoni u inċidenti marbut mal-baħar. Jirriżulta li kienu biss 3,000 student li attendew l-iskejjel minn total ta’ 26,000.
Il-Kap tal-Oppozizzjoni Alex Borg rringrazzja mill-membri tal-forzi dixxiplinati u lill-voluntiera li għinu flimkien mal-ħaddiema tat-tindif. Hu espriema soldiarjetà mal-bdiewa, sajjieda u sidien ta’ negozji li sofrew ħsarat fil-matempata u rringrazzja lill-għalliema li fetħu l-iskejjel, lil dawk li offrew servzzi bażiżi, lill-ħaddiema tal-Gozo Channel u lill-pubbliku li mexa mad-direttivi tal-awtoritajiet.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni espriema solidarjetà ma’ dawk li ġew effettwati mill-maltemp u appella lill-gvern bie jagħti k umpens xieraq lil dawk effetwtati b’mod partikolari dawk li għalihom ix-xogħol hu l-ħobża ta kuljum.
Id-Deputat Nazzjonalista Darren Carabott rringarzzja lill-ħaddiema kollha involuti biex il-pajjiż laqa’ għal din il-maltempata u qal li dawn huma l-mumenti fejn il-qalb Maltija tidher. Hu appella biex ikunu kkunsidrati dawk li jinsabu fis-solitudni fis-soċjetà biex ikun assigurat li kollox jinsab sew.
//= $special ?>

