Brooklyn Peltz-Beckham qal li ma jridx jagħmel paċi mal-familja tiegħu, u tkellem pubblikament għall-ewwel darba dwar ir-relazzjoni diffiċli li għandu mal-ġenituri tiegħu, David Beckham u Victoria Beckham.
F’diversi posts fuq il-midja soċjali, Peltz-Beckham li għandu 26 sena, qal li l-ġenituri tiegħu attakkawh permezz tal-midja u ppruvaw jagħmlu ħsara liż-żwieġ tiegħu u ta’ martu – l-attriċi Nicola Peltz Beckham. Brooklyn qal li għal numru ta’ snin iddeċieda li jibqa’ sieket sabiex iżomm il-kwistjonijiet tal-familja privati, iżda issa wasal f’punt fejn ħass li kellu jitkellem.
Brooklyn qal li martu ġiet trattata ħażin mill-familja tiegħu u sostna li ommu irrifjutat li tagħmel il-libsa tat-tieġ ta’ Nicola, propju ftit jiem qabel il-ġurnata tal-okkażjoni. Kompla jgħid kif dakinhar tat-tieġ, ommu saħansitra interrompiet l-ewwel żifna tagħhom.
Peltz-Beckham tkellem ukoll dwar meta ma attendiex għal festin ta’ għeluq il-50 sena ta’ missieru – u qal li għamel propju dan għas-sempliċi raġuni li familtu kienu qed jiltaqgħu miegħu, meta Nicola ma tkunx preżenti.
Min-naħa tagħhom David u Victoria Beckham għadhom ma tkellmux pubblikament dwar il-kwistjoni li qed taffetwa r-relazzjoni tagħhom ma’ binhom.
//= $special ?>

