Il-Gvern Laburista għadu għaddej bil-konsultazzjonijiet ma’ diversi entitajiet dwar il-bini ta’ mħażen tal-karrijiet għall-Karnival.
Kien id-Deputat Nazzjonalista Chris Said, li fil-Parlament staqsa lill-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar; jgħid b’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari li ġiet imwieġba mill-Ministru preċedenti fit-Tlettax-il Leġiżlatura), u jgħid x’sar mal-Awtorità tal-Ippjanar s’issa, dwar il-bini ta’ mħażen tal-Karnival f’Għawdex u x’inhu n-numru tal-applikazzjoni jew tal-iscreening number tal-applikazzjoni li saret għall-bini ta’ dawn l-imħażen.
Intalab ukoll jgħid jekk għas-sena 2025, ġiex maħsub vot fil-Baġit għall-bini ta’ dawn l-imħażen għad-dilettanti tal-Karnival.
It-tweġiba fil-Parlament ta’ Clint Camilleri, il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar; kienet biss li bħalissa qed isiru konsultazzjonijiet ma’ diversi entitajiet.
//= $special ?>

