BREAKING NEWS Lokali Temp

Iċ-ċiklun Harry jħalli ħerba u ħsarat f’diversi zoni qrib il-kosta

Kien lejl mill-aktar impenjattiv għall-Protezzjoni Ċivili u għall-membri tal-AFM, li flimkien mal-Korp tal-Pulizija ħadmu għal sigħat twal sabiex jiggarantixxu s-sigurtà f’diversi zoni li sfaw milquta mill-maltemp u r-riħ qawwi. Dan hekk kif iċ-ċiklun Harry kaxkar miegħu siġar, bus stops u billborads – bil-ħsarat ikkawżati jkunu konsiderevoli.

L-aktar zoni milquta minn dan ir-riefnu li laħħaq Forza 10 kienu Wied il-Għajn, Marsaxlokk, Tas-Sliema, Pembroke, il-Qawra, San Pawl il-Baħar kif ukoll l-inħawi taċ-Ċirkewwa.

Anke f’Għawdex il-maltemp ħalla l-effetti tiegħu.

Bħala parti minn din il-ħidma ta’ emerġenza fit-toroq Maltin u Għawdxin, taw sehem kbir anke l-uffiċjali tal-LESA, u ta’ Transport Malta.