Lokali

Id-Direttur tac-CPD b’appell biex kull tip ta’ rapport isir biss fuq in-numru 112

Fl-aħħar 30 siegħa, id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili issejjaħ biex jintervjeni fuq 85 każ ta’ siġar li spiċċat tqaċċtu jew waqgħu – bir-riżultat li bdew jostakolaw toroq u passaġġi. Bil-pumpieri jissejħu b’urġenza sabiex ineħħu kull periklu.

Il-membri tas-CPD intervjenew ukoll fuq 54 sejħa sabiex neħħew ġebel jew tifrik li tkaxkar mir-riħ u l-mewġ qawwi kaġun taċ-ċiklun Harry.

Informazzjoni mogħtija mill-istess Dipartiment turi li kien hemm tliet sejħiet relatati ma’ billboards li nqalbu bir-riħ, kien hemm persuna li ssakkar f’lift, u għoxrin sejħa separata dwar periklu relatat mas-sistema tal-provvista tad-dawl.

Apparti minn hekk, is-CPD issejħu wkoll fuq 6 każi ta’ skart li ħa n-nar, tliet każi ta’ vetturi li ħadu n-nar, u sitt operazzjonijiet minħabba tixrid ta’ materjal jew kimika tossika.

Intqal ukoll li l-pumpieri assistew lill-membri tal-Pulizija f’ħames każi separati, kif ukoll kien hemm tliet każi mediċi li talbu l-assistenza tal-Protezzjoni Ċivili.

Dwar din il-ħidma kruċjali, tkellimna mad-Direttur Ġenerali tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili Peter Paul Coleiro.

Id-Direttur elenka wkoll l-isfidi li affaċċjaw il-membri tal-Protezzjoni Ċivili, fil-ħidma tagħhom.

Id-Direttur Ġenerali tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili irringrazzja lill-pubbliku talli mexa mat-twissijiet li ħarġet ic-CPD – sabiex tassigura s-sigurta ta’ kull individwu.

Intant, sidien ta’ negozji li spiċċaw ġarrbu ħsarat kaġun ta’ dan il-maltemp…qed jistmaw li l-konsegwenzi ta’ dan iċ-ċiklun jafu jitilgħu għal spiża ta’ eluf ta’ ewro