Il-Kap tal-PN Alex Borg sellem lill-uffiċjali kollha li fl-aħħar sigħat wettqu ħidma imprezzabbli biex jiggarantixxu sigurtà massima fit-toroq tagħna.
Aktar kmieni, hu żar personalment lill-membri tas-CPD li għaddejin bil-ħidma tagħhom f’Wied il-Għajn – waħda mill-aktar zoni li spiċċat milquta ħażin minn dan il-maltemp.
Il-pumpieri stess spejgaw lil Alex Borg il-ħidma kruċjali li saret fl-aħħar sigħat biex jitneħħew il-perikli mit-toroq. Dan apparti li l-uffiċjali kellhom iwieġbu għal numru kbir ta’ sejħiet ta’ emerġenza. Bħala parti mill-ħidma ta’ emerġenza fit-toroq Maltin u Għawdxin, apparti s-CPD, taw sehem kbir anke diversi membri tal-Korp tal-Pulizija, l-AFM, id-Dipartiment tat-Tindif, l-uffiċjali tal-LESA, u dawk ta’ Transport Malta…li intervjenew kull fejn kien meħtieġ.



