Ħafna persuni li jiffrekwentaw iz-zona ta’ Għar Lapsi fil-limiti tas-Siġġiewi qed jgħidu li ċ-ċiklun Harry qered għal kollox din il-bajja pittoreska.
Ritratti li waslu għan Net News juru kif iz-zona fejn kien ikun hemm id-dgħajjes tkissret kompletament.
Anke l-aċċess lejn il-baħar spiċċa tfarrak.
L-istess nies li kellmuna qalulna li Għar Lapsi mhux se jibqa’ kif kien. Nies oħrajn kitbu fuq il-media soċjali u kkonfermaw li r-riħ qawwi u l-mewġ għoli tal-aħħar sigħat “farrak kollox”.



