Il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola llum fetħet is-sessjoni plenarja b’difiża
qawwija tas-sovranità tad-Danimarka u Greenland wara theddid fl-aħħar jiem
mill-amministrazzjoni tal-Istati Uniti. Id-dikjarazzjoni ta’ appoġġ tagħha ntlaqgħet b’ċapċip
mill-MEPs.
Il-President Metsola ddikjarat: “L-Unjoni Ewropea tappoġġja lid-Danimarka u lill-poplu ta’
Greenland. Nagħmlu dan magħqudin fir-rieda tagħna.”
Bħala tweġiba għall-miżuri proposti mill-Istati Uniti, il-President Metsola wissiet li azzjonijiet
bħal dawn “mhux se jgħinu biex titjieb is-sigurtà fl-Artiku. Anzi, jirriskjaw l-oppost.” Hija
enfasizzat li l-istatus ta’ Greenland mhuwiex negozjabbli: “Greenland u d-Danimarka t-tnejn
għamluha ċara li Greenland mhijiex għall-bejgħ u s-sovranità u l-integrità territorjali tagħhom
jeħtieġ li jiġu rispettati. Dak il-fatt mhux se jinbidel.”
Filwaqt li affermat mill-ġdid l-impenn tal-Ewropa għar-relazzjoni Transatlantika u ż-żieda
fir-responsabbiltà għad-difiża, il-President insistiet li s-sigurtà tista’ tinkiseb mingħajr “l-impatt
li titpoġġa f’dubju s-sovranità ta’ Greenland u d-Danimarka, jew permezz ta’ miżuri bħal
tariffi.”
Fil-konklużjoni tagħha, il-President Metsola bagħtet messaġġ ċar ta’ saħħa Ewropea: “Naf li
xi wħud iqabblu l-mod tagħna ta’ kalma, trażżin u djalogu mad-dgħufija. Huma żbaljati. Huwa
l-oppost. Aħna l-Ewropa: Dejjem se niddefendu t-triq tagħna… u mhux se niskużaw ruħna
għal dan.”
Il-Parlament Ewropew huwa skedat li jiddibatti is-sigurtà tal-Artiku illum.
Il-President Metsola: Aħna magħqudin fl-appoġġ tagħna għad-Danimarka u l-poplu ta’ Greenland


