Sport

Kampjonati ewlenin organizzati mill-Malta Blackball Federation

F’dawn il-ġranet bdew jintlagħbu l-Kampjonati ewlenin organizzati mill-Malta Blackball Federation minn National, Regional u Community League.

Wara l-ewwel serje ta’ logħob, Cospicua Rangers jinsabu fl-ewwel post b’punti massimi fil-klassifika hekk kif rebħu l-logħbiet rispettivi tagħhom. Fl-aħħar partita tagħhom, huma għelbu lil Tim A Mrieħel Billiard House 11-8.

Fit-tieni post hemm Tim A Qormi Pinto  li għelbu lil Tim A Ħamrun 147 11-7.

F’sezzjoni A tar-Regional League, San Ġwann Tiki Taka Boys, Tim B  Qormi Pinto u Tim C Ħamrun 147  jinsabu b’punti massimi wara żewġ logħbiet wara li għelbu lil Tim A Żebbuġ St Joseph  11-8 , Tim A Domus Kids Żejtun 11-1 u Valletta Fossa Boys 11-9 rispettivament.

F’sezzjoni B mill-istess kampjonat, Birkirkara Youngsters u Tim B Ħamrun 147 għandhom sitt punti minn żewġ logħbiet wara rebħiet fuq San Ġwann Tiki Taka Spartans 11-4 u Tim A Siġġiewi Montekristo 11-2.