Lokali

Kif żvela Net News: Konfermata sejba ta’ droga fil-ħabs

Kien il-Ministru Byron Camilleri stess li wara jiem sħaħ fil-muta, ikkonferma li fil-bidu ta’ Jannar fid-diviżjoni tan-nisa fil-ħabs ta’ Kordin kien hemm sejba ta’ droga kokaina.

Net News kien żvela li fil-11 ta’ Jannar tliet nisa kienu nstabu bid-droga kokaina. U mal-ewwel, dan l-istazzjoni kien bagħat sensiela ta’ mistoqsijiet lid-direttur tal-Ħabs Chris Siegersma u lill-Ministru Byron Camilleri biex jikkonferma din l-istorja – bil-Ministru u d-Direttur jibqgħu jaħbu dan il-fatt.

Però kellha tkun mistoqsija diretta mill-ġurnalisti ta’ dan l-istazzjon biex il-Ministru jammetti li kien hemm sejba ta’ droga – eżatt kif kien żvela Net News, jiem ilu.

Net News staqsa wkoll lill-Ministru kif instabet din id-droga u kif iddaħlet; jekk hux minn xi qraba jew inkella xi gwardjani jew uffiċjali. Bil-Ministru jgħidilna li din il-materja tinsab f’idejn il-Pulizija.

Minn naħa tiegħu id-direttur tal-ħabs għadu fil-muta dwar kemm instabet droga, kif iddaħlet il-ħabs, kif instabe, u x’passi se jkunu qed jittieħdu

.https://netnews.com.mt/2026/01/11/allegat-sejba-ta-droga-kokaina-fid-divizjoni-tan-nisa-fil-habs/