Lokali Parlament

Kumpens lill-Air Malta ta’ kważi €11-il miljun għal-lukanda ta’ Selmun

Il-kumpanija Air Malta ħadet kumpens ta’ €10,910,000, kważi €11-il miljun, meta ma baqgħetx responsabbli mil-lukanda ta’ Selmun.

Fi tweġiba għal mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Graziella Galea, jirriżulta wkoll li  mill-24 ta’ April 2016 sal-24 ta’ April 2025, intefqu €1,399,193.59 (eskluż il-VAT), fuq is-sigurtà ta’ Selmun Palace Hotel, il-Palazz ta’ Selmun u l-artijiet tiegħu. Dan kien fuq bażi ta’ 24 siegħa kuljum mit-Tnejn sal-Ħadd.

L-aħħar titjira tal-Air Malta kienet saret fil-31 ta’ Marzu tas-sena 2024 meta għalqet il-bibien tagħha għal dejjem.