Lokali

Neville Gafà jgħid li l-Gvern qed jippjana d-dħul tal-abort b’pass kawtel

Il-Labour irid idaħħal l-abort inkiss inkiss.

Hekk ta x’jifhem Neville Gafà, li sa ftit tax-xhur ilu kien jaħdem fl-uffiċċju tal-Prim Ministru Robert Abela.

Gafà kiteb li l-pjan huwa ċar, dak li Abela jibda jitkellem dwar id-dħul tal-abort b’pass kawtel sabiex ma jaħsadx lill-poplu.

Tul il-jum tal-Ħadd, f’intervista ma’ uffiċjali fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru fuq is-Super One, Robert Abela sostna li se jaċċerta li l-ebda mara ma tintbagħat il-ħabs għaliex tkun wettqet abort.

Neville Gafà insista li l-poplu l-abort ma jridux għaliex huwa qtil u kompla jgħid li f’pajjiżna daħħlet mentalità tax-xejn m’hu xejn.