Fuq ammissjoni tiegħu stess il-Maġistrat Yana Micallef Stafrace sabet lil Dylan Ciappara ta’ 30 sena, residenti San Pawl il-Baħar, ħati ta’ sewqan bla kont wara inċident tat-traffiku li seħħ fit-10 ta’ Marzu 2024 fuq Triq Kennedy Drive.
Skont il-prosekuzzjoni, Ciappara kien qed isuq vettura u ammetta waqt l-interogazzjoni mal-Pulizija li kien qed isuq bil-għaġla u biddel il-lane fil-mument tal-inċident. Il-Qorti kkonkludiet li din l-imġiba kienet suffiċjenti biex tappoġġja l-akkuża ta’ sewqan bla kont, filwaqt li ma instabx prova li laħqet il-livell ta’ sewqan traskurat.
Fil-fatt, il-Qorti kkundannah għal multa ta’ €300 u tnaqqis ta’ erba’ punti mil-liċenzja tas-sewqan. L-akkuża l-oħra miġjuba kontrih ma ġietx milħuq il-livell ta’ prova, u għalhekk Ciappara ġie libberat minn kull ħtija oħra.
Il-Qorti kkunsidrat xhieda affidabbli minn diversi persuni u l-ammissioni tal-imputat stess biex tasal għal din id-deċiżjoni.
//= $special ?>

