Lokali

Raġel l-isptar wara li ttajjar minn karozza fil-Gżira

Raġel ta’ 60 sena, indarab wara li ttajjar minn karozza tat-tip Ford Kuga, misjuqa minn raġel ta’ 39 sena residenti s-Swieqi.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-06:30 a.m, fi Triq ix-Xatt, il-Gżira.

Fuq il-post issejħu l-pulizija, tim mediku sabiex jassistu u ambulanza li ħadet lir-raġel l-isptar Mater Dei għal aktar assistenza medika. Minn stħarriġ preliminari rriżulta li r-raġel sofra xi ġrieħi f’rasu.

Il-kundizzjoni tar-raġel għadha mhix magħrufa filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-pulizija b’rabta ma’ dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej.