Lokali

Tliet titjiriet kellhom jiddawru lejn l-Italja minħabba r-riefnu li ħakem fl-aħħar sigħat

Tliet titjiriet tal-kumpanija Ryanair li kienu ġejjin Malta minn Bucharest, Vilnius, u Trisete kellhom jinżlu f’ajruporti oħrajn minħabba r-riħ qawwi li ħakem fl-aħħar sigħat.

Kelliem għall-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta kkonfermaw ma’ Net News li t-titjira tal-bieraħ bil-lejl li kienet skedata li tasal f’pajjiżna minn Bucharest ftit qabel is-1am, kellha tinżel f’Bari. Bil-passiġġieri spiċċaw waslu Malta illum għall-ħabta tal-11:20am.

Anke t-titjira tar-Ryanair minn Vilnius kellha tiġi diverted minħabba r-riħ. L-ajruplan, fil-fatt, kellu jinżel temporanjament fl-ajruport ta’ Fiumicino.

Kien hemm ukoll t-titjira minn Treviso li ġiet affetwata, u li spiċċat imdawra lejn l-ajruport ta’ Bari.