ESKLUSSIVA: Għar Lapsi tkisser kważi kompletament
Numru ta’ sajjieda dalgħodu qamu maħsuda għax-xeni ta’ Għar Lapsi, li biċ-ċiklun Harry spiċċa kważi kompletament. Ir-riħ qawwi u l-mewġ għoli kaxkru dak kollu li sabu quddiemhom. U l-blat li kien hemm fuq ix-xellug tal-bajja spiċċa tkaxkar bis-saħħa tal-baħar.