Ewropa Internazzjonali

Ħatra importanti għall-MEP David Casa

Il-Kap tad-Delegazzjoni tal-PN fil-Parlament Ewropew, David Casa, inħatar rapporteur għall-Fond Soċjali Ewropew fin-negozjati dwar il-Qafas għall-Budget li jmiss tal-Unjoni Ewropea.

Il-ħatra tpoġġi lil Casa fit-tmun tal-Parlament fin-negozjar ta’ wieħed mill-aktar strumenti ta’ finanzjament importanti tal-UE.

Il-Fond Soċjali Ewropew huwa l-għodda ewlenija tal-Unjoni għall-investiment fin-nies, għajnuna għall-impjiegi, l-iżvilupp tal-ħiliet, l-inklużjoni soċjali, u miżuri għall-ġlieda kontra l-faqar.

Intant, il-Kap tal-PN Alex Borg feraħ lil David Casa wara din il-ħatra importantissima