Ir-raġel li, fl-2022, qatel lill-eks-Prim Ministru Ġappuniż, Shinzo Abe, kien ikkundannat il-ħabs għal għomru – sena wara li hu ammetta l-ħtija għall-akkużi ta’ omiċidju premeditat.
Abe kien inqatel minn tiri sparati lejh waqt li kien qed jindirizza rally fil-belt Ġappuniża ta’ Nara.
Id-destin tal-qattiel — Tetsuya Yamagami – kien qajjem polemika fost il-poplu Ġappuniż għaliex filwaqt li ħafna nies iqisuh bħala qattiel bla kuxjenza, hemm ukoll ħafna Ġappuniżi li esprimew simpatiji lejh minħabba t-trobbija diffiċli u problematika ta’ dan ir-raġel.
Yamagami għandu 45 sena u l-Prosekuturi mal-ewwel talbu biex hu jingħata priġunerija għal għomru…Sentenza li tirrifletti l-gravità tar-reat.
L-assassinju ta’ Abe kien ixxokkja bil-kbir lill-Ġappuniżi peress li r-reati bl-armi tan-nar huma prattikament ineżistenti f’dan il-pajjiż.
//= $special ?>

