Sewwieq ta’ ferrovija tilef ħajtu wara li l-ferrovija nqalbet mill-binarju dan apparti li 37 persuna oħra ġarrbu l-ġrieħi b’ħamsa minnhom – skont rapporti internazzjonali – ġarrbu ġrieħi serji.
Dan l-inċident seħħ biss jumejn wara li żewġ ferroviji ħabtu head-on fin-naħa t’isfel ta’ Spanja.
L-inċident seħħ it-Tlieta filgħaxija għall-ħabta tad-9:00 bl-operazzjoni ta’ salvataġġ ħadet sigħat sħaħ. Dan apparti l-fatt li s-servizz tal-ferroviji f’Katalunja ġew sospiżi għas-sigurtà tan-nies.
L-awtoritajiet qalu li dan l-inċident seħħ hekk kif iz-zona bejn Gelida u Sant Sadurni qed tesperjenza maltemp estrem b’numru ta’ postijiet qrib il-kosta jinsabu taħt allert.
Minn investigazzjonijiet li saru jirriżulta li l-ewwel il-ferrovija ħabtet ma’ ħajt li waqa’ għal fuq il-linji tal-ferrovija bil-konsegwenza li l-ferrovija nqalbet.
//= $special ?>

